Edukazzjoni Lokali

IS-SITWAZZJONI FL-MCAST – L-MUT tħabbar żblokk fin-negozjati

L-MUT u l-MCAST, permezz tal-intervent tal-Ministeru tal-Edukazzjoni qalu li laħqu triq ‘il quddiem biex ikomplu u jikkonkludu n-negozjati dwar ftehim kollettiv ġdid għall-gradi akkademiċi fl-MCAST. Kien hemm laqgħat intensi fil-ġimgħat li għaddew biex jitranġaw id-differenzi bejn in-naħat u biex jitħaffef in-negozjati ta’ ftehim ġdid,

Issa ġie rreġistrat progress sinifikanti u l-MUT se tkun qed tiltaqa’ l-gradi tal-lecturing nhar it-Tlieta li ġej biex taġġornahom dwar il-progress fin-negozjati. Għandhom isegwu laqgħat ma’ gradi oħra. Għal dan il-għan l-MUT se tkun qed tissospendi d-direttiva dwar il-marki tal-istudenti b’effett mit-Tlieta 30 ta’ Jannar 2024. L-MUT tirringrazzja lid-delegati u lill-membri kollha tal-appoġġ tagħhom.