Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli li hedded u ħebb għal missieru

Għawdxi ta’ 50 sena inżamm arrestat anke jekk wieġeb mhux ħati li hedded u ħebb għal missieru. Sandro Mifsud minn Għajnsielem tressaq mill-Ispetturi Christian Cauchi u Sherona Buhagiar fejn qalu li lejliet l-ewwel tas-sena missier l-akkuzat irraporta lill-ibnu wara kwistjoni finanzjarja dwar karozza.

Il-missier allega li ibnu heddu li jekk ma jtiħx xi flus jew imur jitkellem mal-pulizija u kien ukoll se jkissirlu u jahraqlu l-karozza. L-Ispettur Cauchi rrakonta episodju ieħor meta l-imputat mar fid-dar ta’ missieru jitolbu xi flus u meta l-missier ma riedx jagħtih l-akkuzat taħ daqqa ta’ ponn.

L-ispettur Buhagiar qalet lill-Maġistrat Monica Vella li madwar sena ilu sar rapport rapport ieħor fil-konfront ta’ MIfsud, mill-istess vittma, fejn allegatament huwa ħebb ghal missieru u kisser fruttiera tal-ħġieg fuq rasu u kkawżalu ġrieħi ħfief.

Mifsud ġie mixli li kkawża wkoll vjolenza psikoloġika fuq missieru, li nfluwixxa fuqu kundizzjoni biex jipprova jibdel testment jew xi ħaġa simnili, li biża u fastidju kontra missieru, li din il-biża wżaha wkoll permezz ta’ użu ta’ kommunikazzjoni, li wettaq inġurji u li weġġa’ ħafif lil missieru fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.

Il-Qorti laqgħet talba tal-prosekzzjoni biex tinħareġ ordni ta’ protezzjonio fil-konfront tal-allegat vittma, Id-difiza mmexxija mill-avukat Josè Herrera għamlet talba għall-pleġġ bil-prosekuzzzjoni toġġezzjona bil-qawwa kollha u dan peress li n-natura tal-akkużi huma gravi u l-allegat vittma għad irid jixhed u b’hekk hemm il-biża ta’ kontaminazzjoni tal-provi. Il-Qorti ċaħdet it-talba ghal ħelsien mill-arrest.