Gżira United Veterans telgħu waħidhom fl-ewwel post tal-klassifika tal-Kampjonat tal-Malta Football Veterans Association meta rebħu l-konfront dirett kontra Birkirkara St. Helen’s 8-6.
Valdo Alinho kien protagonista għal Gżira meta skorja erba’ gowls b’Ian Zammit jiskorja tliet darbiet flimkien ma’ gowl ta’ Trevor Cilia. Birkirkara St Helen’s baqgħu fil-logħba wara erba’ gowls ta’ Ayrton Buhagiar, Malcolm Bugeja u awtogowl.
Iċ-champions Malta Football Players Association komplew komplew bis-serje pożittiva kisbu rebħa kbira ta’ 8-1 kontra Rabat Veterans filwaqt li Hibernians irritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Żejtun Red Stars 4-2.
Żurrieq Wolves kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Luxol 5-3.
Klassifika tal-Kampjonat Veterans Malta Football Association : Gżira United 22 punt , Birkirkara St Helen’s 19 il-punt, Malta Football Players Association 17 il-punt, Hibernians 15 il-punt, Rabat Veterans u Luxol 10 punti kull wieħed , Żejtun Red Stars 9 punti u Żurrieq Wolves 3 punti .
//= $special ?>