Internazzjonali

Korea t’Isfel: Gvern imdendel…minħabba basket tal-Christian Dior

Il-Partit għall-Poter tal-Poplu (PPP) li qed imexxi lill-Korea t’Isfel spiċċa fi kriżi wara li l-mara tal-President u ‘First Lady’, Kim Keon Hee, allegatament aċċettat rigal ta’ basket lussuż tal-marka Christian Dior.

Il-każ jibbaża fuq filmati meħudin is-sena l-oħra minn ‘spy camera’ u li qed juru lil Kim waqt li hi qed tirċievi l-basket mingħand uffiċjal għoli tal-knisja.

Intant, xi analisti jemmnu li l-iskandlu kapaċi jnaqqas mill-prospetti tal-President Korean Yoon Suk Yeol li jirbaħ l-elezzjonijiet ta’ April.

Fl-istess ħin, il-votanti jridu spegazzjoni mingħand Yoon, li l-popolarità tiegħu ħadet daqqa ‘l isfel skont l-aħħar stħarriġ ta’ opinjoni. Dan ukoll meta l-Oppożizzjoni qed takkakka kontinwament lill-President dwar l-issue fost l-istqarrijiet li l-aġir ta’ martu mar kontra kull kunċett ta’ integrità li l-poplu jistenna dejjem mingħand il-politiċi u qrabathom.