Lokali

Maħsudin bix-xena ta’ annimal li tħalla mejjet f’borża tal-iskart

Ħafna nies esprimew ix-xokk tagħhom għar-ritratti li ġew ippubblikati fuq il-media soċjali u li urew annimal domestiku bla ħajja – mitfugħ f’garbage bag sewda.

Il-persuni li poġġiet dawn ir-ritratti qalet illi ma tistax temmen fejn jasal il-bniedem. Dan filwaqt illi staqsiet lil min tista’ tikkuntatja biex isir investigazzjoni – jekk hux l-Animal Welfare jew il-Pulizija.

Ftit wara, mill-Animal Warfare qalulha li huma ma jistgħux jagħmlu xejn. Qalet ukoll li lanqas meta ċemplet lill-Pulizija ma ħaduha bis-serjetà.