Iż-żmien biss jista’ jgħid kemm se tkun qed tħalli effett din l-istunt politika minn naħa tal-Gvern.
Hekk iddikjara l-editorjal tal-gazzetta The Malta Business Weekly, illi analizza l-iskema li tħabbret minn Robert Abela l-ġimgħa li għaddiet – skema li ftit li xejn jidher li intlaqgħet tajjeb, mhux biss mill-pubbliku in ġenerali iżda anke mill-Korpi Kostitwiti.
Fl-editorjal tal-Business Weekly, intqal illi l-mossa tal-Prim Ministru kienet miżura li ma tħarisx fit-tul. Dan filwaqt li se jkollha effetti negattivi; tant li kemm il-Kamra tal-Kummerċ kif ukoll il-Kamra tal-SMEs esprimew tħassib serju dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan short-term li se jwassal biss sal-Budget.
L-editorjal jgħid ukoll li din hi biss mossa politika qabel l-elezzjonijiet ta’ Ġunju li ġej. Għaliex l-għoli tal-ħajja u l-prezzijiet kien għoljin anke s-sena li għaddiet – u dak iż-żmien, il-Gvern ma għamel assulutament xejn. U huwa għalhekk li jqumu dubji serji għaliex kien issa li ġiet varata din l-iskema.
//= $special ?>