Priġunier li ilu s-snin jinżamm fuq death row fil-ħabs ewlieni ta’Alabama, fis-sigħat li ġejjin għandu jsir l-ewwel persuna fl-Istati Uniti u f’kull pajjiż ieħor li tkun ingħatat il-gass tan-nitroġenu bħala piena kapitali.
Dan wara li fallew l-aħħar appelli tal-priġunier, Kenneth Eugene Smith, li kien ikkundannat fl-1989 dwar il-qtil ta’ mara.
Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti u qorti tal-appell minuri t-tnejn ikkonvalidaw il-metodu tal-esekuzzjoni li l-avukati tad-difiża fissruh bħala ‘piena krudili u straordinarja’.
Dan waqt li l-esperti qed jgħidu li n-nitroġenu għandu jikkaġuna t-tbatija bla bżonn lir-raġel ikkundannat u li kwalunkwe leak tal-gass għandu jiswa ħażin lin-nies preżenti fil-kamra tal-ħabs fejn isiru l-esekuzzjonijiet.
//= $special ?>

