Arabja Sawdija…………….0
Tajlandja……………………….0
Draw li kkuntenta liż-żewġ timjiet hekk kif kemm l-Arabja Sawdija kif ukoll it-Tajlandja rnexxielhom jikkwalifikaw għall-fażi li jmiss tat-Tazza tal-Asja meta temmew fi draw ta’ mingħajr gowls bit-tim ta’ Roberto Mancini jikkwalifika wkoll bħala rebbieħ tal-grupp
Kyrgyzstan……………………1
Oman…………………………….1
F’partita bi ftit interess għall-fini ta’ klassifika, draw ta’ 1-1 bejn il-Kyrgyzstan u l-Oman. L-Oman fil-vantaġġ wara tmien minuti b’gowl ta’ Muhsen Al Ghassani. Il-Kyrgyzstan ġabu l-iskor indaqs fit-80 minuta permezz ta’ Joel Kojo.
Jordan………………………..0
Bahrain………………………..1
Rebħa minima ta’ 1-0 għall-Bahrain kienet biżejjed biex rebħu Grupp E, bil-gowl deċiżiv f’din il-partita jkun skorjat minn Abdulla Yusuf.
Korea t’Isfel………………….3
Malasja………………………….3
Draw mill-isbaħ ta’ 3-3 bejn il-Korea t’Isfel u l-Malasja liema riżultat wassal biex il-Korea t’Isfel avvanzaw permezz tat-tieni post. Il-gowl tal-Korea t’Isfel kienu skorjati minn Jeong Woo-yeong, awto-gowl ta’ Ahmad Hazmi u penalty ta’ Son Heung-min filwaqt li għall-Malasja skorjaw, Mohd Halim, Arif Aiman u Morales Ramirez.
//= $special ?>