Futbol Sport

Tingħata l-aħħar tislima lil-leġġenda tal-futbol Taljan Gigi Riva

(Ritratt: EPA)

L-Erbgħa, Cagliari u Sardinia taw l-aħħar tislima lil Gigi Riva li miet fit-22 ta’ Jannar fl-eta’ ta’ 79 sena.

Minn siegħat qabel il-quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Giuseppe Baturi, madwar 30,000 persuna ħonqu l-pjazza quddiem il-Bażilika ta’ Bonaria għall-funeral.

Sardinia waqfet f’jum ta’ luttu reġjonali. Flimkien mas-sieħba tiegħu Gianna u uliedu Nicola u Mauro, preżenti l-awtoritajiet lokali, mis-sindku ta’ Cagliari Truzzu sal-gvernatur Solinas, il-president tal-Federazzjoni tal-Futbol Gabriele Gravina, il-kowċ Luciano Spalletti, it-tim manager Gigi Buffon, il-president ta’ Coni Giovanni Malagò u l-ministru tal-Isport Andrea Abodi.

Magħhom ukoll Fabio Cannavaro, captain tal-Italja rebbieħa tat-Tazza tad- fl-2006 meta Gigi Riva kien team manager flimkien mal-plejers Peruzzi, Perrotta, Albertini, Zola, Selvaggi, De Sisti u naturalment sħabu tal-kampjonat storiku mirbuħ minn Cagliari, Tomasini, Brugnera, Greatti, Reginato.

Fuq it-tebut tpoġġew żewġ flokkijiet bin-numru 11 ta’ Cagliari u tat-tim nazzjonali Taljan sinonomi ma’ Riva.