Lokali

F’Marzu se jittella’ l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar id-dati tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, magħruf ukoll bħala Kampus Kotba, li dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 20 u l-Ġimgħa 22 ta’ Marzu fil-Kwadranglu tal-Università ta’ Malta.

Il-powster uffiċjali tal-edizzjoni ta’ dis-sena sar mid-disinjatriċi grafika Sarah Cachia Falzon. Segwi dahar il-kotba biex tikseb informazzjoni ewlenija dwar dan l-avveniment!

Matul dan il-festival wieħed se jsib dak kollu li persuna tistenna minn festival tal-kotba: l-aqwa pubblikaturi lokali taħt saqaf wieħed, kotba ġodda ta’ ġeneri differenti, u programm ta’ attivitajiet intriganti.

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma l-Erbgħa u l-Ħamis bejn id-9am u l-4pm, u l-Ġimgħa bejn id-9am u s-7pm.