Għawdex Lokali

Il-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex jissottometti u jippubblika l-BidBook għal Għawdex bħala Reġjun Ewropew tal-Gastronomija2026

Il-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex uffiċjalment issottometta l-Bid Book sabiex Għawdex jikkompeti
għat-titlu ta’ Reġjun Gastronomiku Ewropew għas-sena 2026.

Il-Bid Book ġie milqugħ mill-Istitut Internazzjonali tal-Gastronomija, Kultura, Arti u Turiżmu. L-għan tal-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex huwa li jkompli jippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni gastronomika billi jirbaħ dan it-titlu prestiġjuż ta’ Reġjun Ewropew tal-Gastronomija 2026. Wara l-iffirmar tal-ftehim ma’ numru ta’ stakeholders f’April 2023, flimkien mal-Kunsill Reġjonali ħadu ħsieb biex jippreparaw dokument
dettaljat ta’ 60 paġna, li hu stampa ċara tal-identità gastronomika ta’ Għawdex.

Dan il-ktieb, flimkien ma’ żjara mill-ġurija fi Frar 2024 ser jintużaw sabiex tiġi evalwata l-applikazzjoni tal-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex f’din il-kompetizzjoni. Il-Ġżira ta’ Għawdex qiegħda tikkompeti għat-titlu mal-ġzira ta’ Kreta, kif ukoll ma’ reġjun fil-Kroazja: Kvarner.

Il-kitba tal-Bid Book saret primarjament mill-Kumpanija ARC, b’assistenza ta’ Ponder & Pitch u bil-ko-ordinazzjoni metikoluża tal-Uffiċjal tal-Kultura fi ħdan il-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex. Kien hemm ukoll konsultazzjoni kontinwa mal-istakeholders Għawdxin sabiex tiġi mfassla viżjoni waħda li tkun konsolidata għall-futur tal-gastronomija Għawdxija. Ġew sottomessi madwar 23 proġett differenti u interessanti minn għaqdiet mhux governattivi, kollha jippromwovu lfutur Gastronomiku ta’ Għawdex. Jekk ir-Reġjun ta’ Għawdex jirbaħ it-titlu għall-2026, dawn ilproġetti jiġu implimentati.

Il-President tar-Reġjun t’Għawdex Samuel Azzopardi ikkummenta: “Għawdex huwa mgħoni b’identita’ gastronomika u kulturali rikka mmens. Aħna qiegħdin nieħdu ħsieb li nħarsu l-awtentiċità Għawdxija għas-snin li ġejjin.”