Fil-partita prinċipali tal-Veterans Malta Football Aassociation Cisk League, Birkirkara St Helen’s baqgħu fl-ewwel post flimkien ma’ Gżira United wara li rebħu bi tbatija fuq Hibernians bl-iskor ta’ 6-5. Malcolm Bugeja skorja tliet gowls bi Christian Caruana, Daniel Cremona u Ayrton Buhagiar b’gowl kull wieħed. Għal Hibernians, Alan Tabone skorja żewġ gowls filwaqt li Glenn Bonello, Ilia Nazarov u Jeffrey Chetcuti b’gowl kull wieħed.
Iċ-champions preżenti Malta Football Players Association komplew bis-serje pożittiva meta għelbu lil-leaders Gżira United 8-2.
Luxol irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Rabat 7-5 filwaqt li Żejtun Red Stars irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Żurrieq Wolves 6-2.
B’hekk fil-klassifika tal-Veterans Malta Football Association Cisk League: Gżira United u Birkirkara St Helen’s 22 punt kull wieħed, Malta Football Players Association 20 punt, Hibernians 15-il punt , Luxol 13-il punt, Żejtun Red Stars 12-il punt, Rabat Veterans 10 punti u Żurrieq Wolves 3 punti.
//= $special ?>