Internazzjonali

L-Indja: Jiċċelebraw il-75 sena bħala Repubblika bl-inklużjoni tal-militar nisa fil-parata tradizzjonali

L-Indja ċelebrat il-75 Jum ir-Repubblika b’parata kbira, fi New Delhi, li kienet karatterizzata bil-parteċipazzjoni tat-taqsimiet tal-Armata. Preżenti wkoll għall-manifestazzjoni kien hemm il-President Franċiż, Emmanuel Macron, bħala l-mistieden speċjali.

Il-jum jimmarka l-anniversarju ta’ meta l-Indja addottat uffiċjalment il-kostituzzjoni tagħha bħala l-aħħar pass lejn it-twaqqif ta’ Repubblika Sovrana.

Intant, il-parata – kulurita u spettakulari – għaddiet mis-siti prinċipali kollha ta’ New Delhi u sakemm waslet fl-inħawi tal-Forti l-Aħmar, li hu monument ewlieni għall-Indjani li kien inbena fis-seba’ seklu.

Minbarra li l-parata kienet intiża bħala wirja tas-saħħa militari, l-attivitajiet għal Jum ir-Repubblika kien anki preżentazzjoni tal-patrimonju u wirt kulturali tal-Indja.

Forsi l-aktar aspett sinifikanti kienet l-ewwel preżenza ta’ militar nisa fil-parata għaż-żmien kollu li ilha ssir din il-manifestazzjoni ewlenija. Fil-fatt, spikka fuq kollox il-kontinġent tan-nisa membri tal-Armata, il-qawwiet tal-ajru u n-Navy u li – l-istess bħas-suldati rġiel – immarċjaw miċ-ċentru tal-kapitali fost l-applawż tal-folol.