Żvolta oħra fil-battalja li għaddejja bħalissa fil-qalba tal-Labour, hekk kif il-klikka ta’ Muscat fl-amministrazzjoni Laburista qed tibqa’ timbuttah biex hu jikkontesta għall-MEPs. Dan meta Robert Abela lanqas biss kellmu – iżda issa, Muscat qed jgħid illi qed jaħsibha għaliex fi kliemu stess “ma jistax jinjora lin-nies”.
F’kummenti lill-MaltaToday, Joseph Muscat qal li ma jeskludi xejn u ma jistax jgħid x’se jiġri. Muscat fl-ebda mument ma semma lil Robert Abela jew irrefera għal xi komunikat minn naħa tal-Prim Ministru. Qal biss li kellmuh nies mill-ammonistrazzjoni tal-Partit Laburista.
Lura fis-27 ta’ Ġunju, Joseph Muscat kien stqarr ma’ Net News li ma kellu ebda intenzjoni li jikkontesta għall-Parlament Ewropew. U allura, aktar iqumu dubju dwar x’wassal biex Muscat jikkunsidra r-ritorn tiegħu fil-politika.
L-eks Prim Ministru, li fl-2019 kien ittimbrat bħala l-‘Korrott tas-Sena’ mill-OCCRP, tenna li fl-aħħar 24 siegħa inħoloq dak li huwa sejjaħ “panic” – propju minħabba li l-esponent veteran Manuel Cuschieri ħeġġeġ lin-nies sabiex jappoġjaw il-kandidatura ta’ Muscat għall-MEPs.
Intant, mistoqsi jekk il-kandidatura tiegħu toħloqx problema għall-Partit Laburista, hu qal li fil-konfront tiegħu qed issir “vendikazzjoni”.
//= $special ?>