Raġel li qatel mara fl-1989 ingħata l-piena massima fil-ħabs ta’ Alabama u li ħafna osservaturi qegħdin ifissruha bħala waħda ‘krudili u inumana’.
Kenneth Eugene Smith spiċċa l-ewwel ħabsi fl-istorja li spiċċa ġustizzjat bil-gass tan-nitroġenu – b’dan il-metodu ġdid għall-esekuzzjonijiet iqajjem reazzjoni rabbjuża mill-attivisti kontra l-piena tal-mewt madwar id-dinja.
L-esekuzzjoni ta’ Smith damet anqas min-nofs-siegħa u xi persuni preżenti qalu li hu deher ibati viżibbilment, tant li ġismu beda ‘jitriegħed’ fuq il-mejta sekondi wara li ngħata d-doża tan-nitroġenu letali.
In-Nazzjonijiet Uniti wkoll ikkundannat din il-forma ta’ esekuzzjoni iżda l-awtoritajiet f’Alabama insistew li l-proċess tmexxa skont il-proċeduri u b’rispett għad-dinjità tal-priġunier li kien ilu dawk is-snin kollha fuq ‘death row’.
Fl-aħħar kliem tiegħu, Smith, li kellu 58 sena, qal li l-mewtu b’dan il-mod ifisser li l-Istat ta’ Alabama qed ixekkel u jitfa’ lura kull prinċipju ta’ umanità.
Min-naħa tagħhom, il-qraba tal-vittma ta’ Sennett qalu li mhumiex jiċċelebraw l-esekuzzjonji tal-qattiel waqt li sostnew li Smith ‘ħallas lura d-dejn lis-soċjetà’.
//= $special ?>