Sport Sport Ieħor

Tennis: Jannik Sinner jelimina lil Novak Djokovic u issa jiltaqa’ ma’ Daniil Medvedev fil-finali tal-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

In-numru wieħed tad-dinja Novak Djokovic kien eliminat fis-semi finali tal-Open tal-Awstralja mit-Taljan Jannik Sinner 6-1 6-2 6-7 6-3.

Din se tkun l-ewwel darba li Sinner se jkun qed jilgħab f’finali ta’ Grand Slam fejn issa jiltaqa’ kontra Daniil Medvedev li minn naħa tiegħu fis-semi finali l-oħra għeleb lil Alexander Zverev 5-7, 3-6, 7-6, 7-6, 6-3

Il-finali bejn Jannik Sinner u Daniil Medvedev tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej fir-Rod Laver Arena.