Jesmar Gafa ser jipparteċipa fil-Coupe Intecontinentale des Amateurs ġewwa Vincennes għada is-Sibt 27 ta’ Jannar fejn ser jirrapreżenta lil pajjiżna f’tiġrija li tlaqqa 13-il ġerrej amateur min ġewwa l-Ewropa kollha.
Ilbieraħ ġiet ikkonfermata l-lista tal-parteċipanti bil-ġerrejja tal-Coupe Intecontinentale des Amateurs li ser tinżamm ġewwa l-korsa Pariġina ta’ Vincennes. Jesmar Gafa ser ikun qiegħed isuq iż-żiemel imħareġ minn Gilbert Masschaele EXOTIC JET, li ser ikun qiegħed jibda bin-numru 10 wara l-karozza tat-tluq. Din ser tkun l-ewwel tiġrija tal-programm u tibda għall-ħabta ta’ 1:20pm. Bħal ma jsir tradizzjonalment, din it-tiġrija tinġera fuq id-distanza ta’ 2100m u jkollha tluq bl’autosart.
Il-Malta Racing Club awgurat lil Jesmar Gafa l-isbaħ suċċess għal din il-parteċipazzjoni filwaqr li jinsab ukoll ċert li r-rappreżentant Malti f’din it-tiġrija ser iġawdi minn sapport kbir ta’ numru sabiħ ta’ dilettanti Maltin li bħalissa jinsabu ġewwa Franza fl-okkazjoni tat-tiġrija tant pretiġjuża tal-Prix d’Amerique li tinġera l-għada l-Ħadd.
//= $special ?>