Ġiet imnedija l-ħames edizzjoni tal-istaġun Żigużajg li qed jirritorna bi programm komprensiv imfassal apposta sabiex jinvolvi u jkun ta’ aspirazzjoni għal tfal u zgħazagħ permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ attivitajiet artistiċi.
Din l-inizjattiva varjata tinkludi muzika, film, teatru, xjenzi u aktar; filwaqt li tiġbor fiha l-isforzi kollaborattivi ta’ persuni kreattivi kemm internazzjonli kif ukoll Maltin.
B’għażla varjata ta’ 10 proġetti minn 5 forom ta’ arti distinti, l-istaġun ta’ Żigużajg se jservi ta’ vetrina għat-talenti ta’ aktar minn 35 artist ta’ success. Fejn lil hinn minn ċelebrazzjoni tal-arti, l-istaġun se jservi bħala pass proattiv biex titkattar l-inklussività fi ħdan il-komunità tal-arti.
Net News tkellem mad-Direttur Artististiku ta’ Spazju Kreattiv Daniel Azzopardi illi spjegalna iktar fid-detall kif dan il-programm, u kif se jkompli jgħin lit-tfal sa minn età żgħira biex tinżera’ fihom in-namra għall-kultura.
Min-naħa tiegħu Rupert Cefai, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Kreattività, enfasizza l-impenn kontinwu favur it-trawwim tal-espansjoni u tas-suċċess ta’ Żigużajg fuq medda ta’ diversi snin. Huwa qal li b’dedikazzjoni, qed ikompli jsir investiment biex ikun żgurat li dan is-settur jikber u jirnexxi.
//= $special ?>