Sayfedine Bonavia ta’ 20 sena u zewg żagħżagħ ta’ 16 il-sena wieġbu mhux ħatja li waqt li kienu miżmuma gewwa l-YOURS, l-Imtaħleb, li hija Faċilità Korrettiva għal persuni taħt l-età wettqu atti ta’ natura sesswali fuq żagħugħ taħt l-età.
Minn sorsi ta’ min jorbot fuqhom kollox jindika li it-tliet żgħażagħ żammew lill-allegat vittma kontra rieda tiegħu u wettqu atti sesswali fuqu. Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi John Spiteri, Roderick Attard u Dr. Jurgen Dalli, avukat mill-ufficcju tal-avukat generali għamlu talba għall-ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma, liema talba giet milqugħa.
Huma ġew mixlijin quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li żammew persuna kontra l-volontà tiegħu u sskwestraw lill-allegat viittma. Kinu mixlijin ukoll b’fastidju sesswali fejn Bonavia ġie mixli wkoll li sar reċidiv. Id-difiza ma talbux ghal ħelsien mill-arrest, bl-akkużati ser jinzammu arrestati. L-imputati kienu assistiti mill-avukati Mario Mifsud u Nicholas Mifsud, Wilfrid Buttigieg u Ezekiel Psaila.