Anzjan ta’ 79 sena, residenti Ħal Għaxaq weġġa’ serjament wara li kien involut f’inċident iż-Żejtun.
Il-każ seħħ ilbierah għall-ħabta tal-10pm fi triq tal-Barrani, meta għal xi raġuni anzjan ta’ 79 sena intlaqat minn van Ford Transit, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 46 sena residenti Ħal Tarxien.
Ir-raġel ingħata l-ewwel l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard hu ġie
ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>