Internazzjonali

Attakk ieħor tal-Houti iħalli tanker taż-żejt fjamma nar

Tanker taż-żejt li kien qed ibaħħar fil-Gulf ta’ Aden, jinsab fjamma nar hekk kif skond l-operaturi tiegħu intlaqat b’missilla sparata mill-Houthi.

Il-Moviment tal-Yemen minn naħa tiegħu qal li pprova jattakka dan il-bastiment Marlin Luanda il-Ġimgħa filgħaxija.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, hekk kif skond rapporti mill-UK Maritime Trade Operations, qalu li l-ekwipaġġ kollu kien irrapurtat ħaj, minn naħa tagħhom huma żiedu jgħidu lil dawk li jkunu qed jivvjaġġaw sabiex jagħmlu dan b’attenzjoni kbira.