Lokali

Esperjenza mill-isbaħ għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fl-Italja

Kienet esperjenza mill-isbaħ dik li l-Orkestra filarmonika ta’ Malta kellha fl-Italja hekk kif tellgħet żewġ prestazzjonijiet li kienu ta’ suċċess.

Ix-xogħol mużikali lokali kien jinkludi wkoll Crux ta’ Josef Bugeja, xogħol ta’ ispirazzjoni reliġjuża li intlaqa tajjeb ħafna mill-udjenza preżenti.

Carmine Lauri, solista mal-orkestra filarmonika ta’ Malta qal li minn naħa tagħom il-mużiċisti opportunitajiet bħall dawn huma esperjenza li tagħtihom sens kbir ta’ sodisfazzjon hekk kif din l-orkestra qed tagħmel isem kbir lil hinn minn xtutna.

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta kienet taħt id-direzzjoni tad-Direttur Mużikali Residenti Michael Laus.

Għalhekk dan it-tour kien mument ieħor fejn l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta kienet ambaxxatriċi ta’ pajjiżna barra minn xtutna, kif spjegalna sew Chris Muscat, L- Aġent Kap Eżekuttiv tal-Malta Philarmonic Orchestra.