Lokali

Fl-2022: Aktar minn 25% tal-popolazzjoni kienu barranin

Fl-2022, aktar minn kwart tal-popolazzjoni kienet magħmula minn nies barranin. U f’10 snin il-popolazzjoni Maltija kibret b’madwar 29% – li tiżboq sew in-nofs miljun, kawża ta’ tkabbir fil-popolazzjoni barranija.

Dan saħqu l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn spjegaw li bejn l-2012 u l-2022 il-poplazzjoni residenzjali kibret sostanzjalment.

L-NSO spjega li fl-2022, aktar minn 25% tal-popolazzjoni residenzjali ta’ Malta kienet barranija – dan ifisser li minn ftit aktar minn 5% fl-2012… il-popolazzjoni tal-barranin f’Malta żdiedet 5 darbiet aktar.  

Dan filwaqt li f’Malta kien hawn aktar irġiel milli nisa – u l-akbar lokalità kienet dik ta’ San Pawl il-Baħar b’aktar minn 35,400.

Intant, filwaqt li r-rata ta’ imwiet baqgħet dik ta’ 8 persuni minn kull elf fis-sena…. ir-rata ta’ twelid naqset minn 10 għal 8 minn kull elf.  

Din l-istampa dwar it-tkabbir fil-popolazzjoni, li titfa’ dawl fuq ir-realtà ta’ sentejn ilu, ċertament ma turix ir-realtà attwali ta’ pajjiżna – hekk kif sentejn wara, r-rata ta’ tkabbir hija ferm akbar. Bil-pressjoni enormi fuq is-setturi kollha tal-pajjiż – mis-saħħa, għall-edukazzjoni …mill-pressjoni fuq l-infrastruttura għas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettirku. Żieda mgħaġġla u qawwija fil-popolazzjoni li l-Gvern ma ħejjiex għaliha b’mod adegwat lil dan il-pajjiż; anzi, kien hu li sploda l-popolazzjoni bla pjan.