Futbol Sport

Futbol Ingliż: Man City jgħaddu b’goal ta’ Nathan Ake lejn it-tmiem

Il-ħolma li Manchester City li jerġgħu jagħmlu t-treble kif għamlu fl-istaġun li għadda għadha possibilità hekk kif huma avvanzaw fl-FA Cup meta rebħu l-konfront fit-Tottenham Hotspur Stadium.

Il-logħba kienet ferm bilanċjata u missielta u kienet deċiża b’goal tad-difensut Nathan Ake ftit minut mit-tmiem.

Il-goal wasal minn azzjoni ta’ korner bil-goalkeeper Taljan ta’ Tottenham Vicario jippanċja l-ballun qasir u Ake mattar siequ u minn żewġ passi poġġa l-ballun fix-xibka.

Fit-tliet logħbiet l-oħra li ntlagħbu lbieraħ ma kien hemm l-ebda verdett u għalhekk jeħtieġ li jintlagħbu replays.

Fi Stamford Bridge draw ta’ mingħajr goals bejn Chelsea u Aston Villa u issa kollox irid jiġi deċiż f’Villa Park.

Draw ta’ 0-0 kien hemm ukoll bejn Bristol City u Nottingham Forest, filwaqt li Sheffield Wednesday u Coventry temmew fi draw ta’ 1-1.

Fost il-logħbiet tal-lum jispikka l-konfront bejn Fulham u Newcastle.

Riżultati

Bristol C v Nottingham     0-0

Chelsea v A. Villa     0-0

Sheffield W v Coventry     1-1

Tottenham v Man City     0-1

Illum

13:30 Ipswich v Maidstone

16:00 Everton v Luton

16:00 Leeds v Plymouth

16:00 Leicester v Birmingham

16:00 Sheffield Utd v Brighton

20:00 Fulham v Newcastle

Għada

12:45 West Brom v Wolves

15:00 Watford v Southampton

15:30 Liverpool v Norwich

17:30 Newport v Man Utd