Għall ħabta ta’ 14:45pm Ġermaniża ta’ 71 sena residenti Għajnsielm ġiet ċċertifikata bi ġrieħi gravi wara li intlaqtet minn Franċiż ta’ 19-il sena.
Il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Kunċizzjoni, il-Qala.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota u quad bike
Iċ-ċiklista ingħatat l-assistenza minn tim mediku, fejn ittieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex
b’ambulanza. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.