Lokali

Għawdxi bi ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur

raġel ta’ 43 sena waqa’ min fuq il-mutur u weġġa’ gravi fix-Xagħra ,Għawdex

il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:00, fi Triq Marsalforn meta għal xi raġuni raġel miż-Żebbuġ Għawdex tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza,
fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.