Rowen Camilleri
FLORIANA………2
SANTA LUCIA……0
Floriana: G. Kitanov, O. El Hasni, M. Veselji (K. Nwoko 81’, U. Arias (L. Grazia 67’), M. Souza (W. Furtado 75’), D. Vella (J. Grech 67’), O. Spiteri, M. Garcia, C. Z. Lonardelli (A. Garzia 67’), M. Valadzko, A. Kouro
Sta. Lucia: F. Da Paz Silva, M. Ellul, S. Pisani, O. Temitope (A. Bradshaw 63’), J. Pisani, A. Mrdja, G. Virano (A. Piazza 63’), S. Moracci, (L. Senna 77’),
P. De Oliveira, S. Xerri, E. Gomes (C. Moreira 46’)
Imwissija: E. Gomes 34’ (Sl), D. Vella 29’, O. El Hasni 69’ (F)
Skorjaw: M. Veselji 28’, L. De Grazia 90+2’ (F)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Roberto Vella u Duncan Spencer
Il-Mument Plejer tal-logħba: Maksim Valadzko (Floriana)
BOV Plejer tal-logħba: Mattia Veselji (Floriana)
Floriana rritornaw għar-rebħ meta fl-ewwel logħba fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Santa Lucia 2-0. Is-Saints kellhom prestazzjoni mill-aqwa fejn kellhom anke l-mumenti tagħhom bil-Greens kellhom jistennew sal-ħin barrani biex serħu rashom bit-tieni gowl.
L-ewwel xutt perikoluż wasal fl-għaxar minuta minn Maksim Valadzko ta’ Floriana li b’xutt minn qagħda angolata għoddu ħasad lil Da Paz Silva li kellu jdawwar f’korner.
Tmien minuti wara għal darb’oħra Floriana din id-darba permezz ta’ Arias li rnexxielu jidħol fil-kaxxa avversarja iżda x-xutt tiegħu kien devjat f’korner mid-difiża.
Fit-28 minuta Floriana jmorru fil-vantaġġ meta ħarba tajba ta’ Mattia Veselji qabdet lid-difiża ta’ Santa Lucia fuq sieq waħda, bil-Brażiljan javvanza quddiem Da Paz Silva u b’xutt sabiħ tefa fir-rokna tax-xibka.
Ħames minuti wara Souza tilef ċans ta-deheb li jiskorja t-tieni gowl tiegħu meta rebaħ ballun f’tarf il-kaxxa iżda l-konklużjoni tiegħu marret barra.
Santa Lucia kellhom ċans tajjeb fis-37 minuta meta Evandro Gomes prova xutt li ħadu ħażin iżda b’xorti tajba spiċċa f’saqajn Aleksa Mrdja li minn taħt il-lasta tefa’ barra.
Fit-tieni taqsima fl-ewwel għaxar minuti Santa Lucia ħarġu aħjar mill-avversarji fejn anke tefawhom għal ħinijiet f’pressjoni, iżda d-difiża tal-Greens biegħded kull periklu.
Fis-70 minuta s-sostitut u debuttant Jake Grech b’ħarba tipika tiegħu javvanza u jara lil Valadzko n-naħa opposta u wara li tah pass preċiż il-plejer mill-Belarus prova xutt b’saħħtu li mpenja lil Da Paz Silva li laqa b’diffikultà.
Tliet minuti wara Santa Lucia fuq l-attakk fejn minn azzjoni personali kien Mrdja li ra x-xutt fil-baxx tiegħu ikun milqugħ bis-sieq minn Kitanov qabel ma d-difiża ta’ Floriana tajjret il-periklu.
Fil-75 minuta reġa’ kien Jake Grech li minn tarf il-kaxxa fajjar xutt b’saħħtu li għadda mħakkek mal-lasta.
Fid-90 minuta ċans tad-deheb ieħor fejn l-ewwel kien Kyrian Nwoko li ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-wieqfa bil-ballun jiġi għand Jake Grech li wara li qabeż difensur prova x-xutt li iżda kien milqugħ minn Da Paz Silva.
Floriana għalqu l-logħba fil-ħin barrani meta kien pass preċiż ta’ Furtado lejn Lorenzo De Grazia li mingħajr qad jaħsibha bix-xellug tefa’ wara Da Paz Silva għal skor fianli ta’ 2-0 u għalhekk ritorn għar-rebħ fil-kampjonat wara żewġ telfiet.
//= $special ?>