Il-Ħamis itellgħu l-14-il edizzjoni tal-Gozo Tourism Awards. L-għan ewlieni ta’ dawn l-unuri huwa li jirrikonoxu, jinkoraġixxu u jirringrazjaw kemm lill-ħaddiema, kif ukoll lill-intraprendituri u lill-entitajiet li jkunu eċċellaw fis-settur tat-turiżmu.
Attività li fiha Ronnie Spiteri li huwa xufier tat-taxi ingħata l-unur tal-ħaddiem tas-sena.
Francesco Xuereb ingħata l-unur taż-żagħżugħ tas-sena li jaħdem fit-turiżmu, waqt li Rebecca Bonnici ingħatat l-unur għall-Investiment u l-Intrapriża f’Għawdex
L-organizzaturi tal-Karnival t’Għawdex inatgħu l-unur tal-Gozo Niche Achievement.
Intant dawn l-unuri ingħataw miċ-chairman Alfred Grech flimkien ma’ Naomi Macdonald, Joseph W Psaila u Fabienne Etienne.
Fost unuri oħra li ingħataw matul is-serata, ingħata wkoll l-unur tal-Lifetime Achievement fit-Turiżmu li ingħata lil Joseph Spiteri minn ta’ Mena Estate, għal investiment u l-kisbiet li akwista lis-settur tat-turiżmu matul is-snin fothom il-ħolqien tal-impjiegi u tkabbir ekonomiku f’Għawdex.
Unur speċjali ta’ rikkonoximent ingħata lit-Tejatru Astra u Aurora Opera House, waqt li l-unur tal-impenn lejn it-turiżmu f’Għawdex ingħata lil Awtorita Maltija tat-Turiżmu.
Dawn l-unuri ġew preżentati miċ-chairman tal-Malta Tourism Authority Gavin Gulia, minn Paul Scicluna chairman tal-GTA Paul Scicluna kif ukoll mill-Ministru ta’ Ghawdex.
//= $special ?>