Għawdex Lokali

L-14-il edizzjoni tal-GTA – Attività li tagħti rikonoxximent lill-kontributuri tas-settur tat-turiżmu f’ Għawdex

Il-Ħamis itellgħu l-14-il edizzjoni tal-Gozo Tourism Awards. L-għan ewlieni ta’ dawn l-unuri huwa li jirrikonoxu, jinkoraġixxu u jirringrazjaw kemm lill-ħaddiema, kif ukoll lill-intraprendituri u lill-entitajiet li jkunu eċċellaw fis-settur tat-turiżmu.

Attività li fiha Ronnie Spiteri li huwa xufier tat-taxi ingħata l-unur tal-ħaddiem tas-sena.

Francesco Xuereb ingħata l-unur taż-żagħżugħ tas-sena li jaħdem fit-turiżmu, waqt li Rebecca Bonnici ingħatat l-unur għall-Investiment u l-Intrapriża f’Għawdex

L-organizzaturi tal-Karnival t’Għawdex inatgħu l-unur  tal-Gozo Niche Achievement.

Intant dawn l-unuri ingħataw miċ-chairman  Alfred Grech flimkien ma’ Naomi Macdonald, Joseph W Psaila u Fabienne Etienne.

Fost unuri oħra li ingħataw matul is-serata, ingħata wkoll l-unur tal-Lifetime Achievement fit-Turiżmu li ingħata lil Joseph Spiteri minn ta’ Mena Estate, għal investiment u l-kisbiet li akwista lis-settur tat-turiżmu matul is-snin fothom il-ħolqien tal-impjiegi u tkabbir ekonomiku f’Għawdex.

Unur speċjali ta’ rikkonoximent ingħata lit-Tejatru Astra u Aurora Opera House, waqt li l-unur tal-impenn lejn it-turiżmu f’Għawdex ingħata lil Awtorita Maltija tat-Turiżmu.

Dawn l-unuri ġew preżentati miċ-chairman tal-Malta Tourism Authority Gavin Gulia, minn Paul Scicluna chairman tal-GTA Paul Scicluna kif ukoll mill-Ministru ta’ Ghawdex.