Lokali

“L-Isptar t’Għawdex mhux ilaħħaq mal-load ta’ pazjenti”

F’perjodu ta’ għaxar snin, il-popolazzjoni tal-barranin f’pajjizna zdiedet b’110,000 persuna.

Dan ifisser li minn madwar 23,000 baranin residenti f’Malta fl-2012, sas-sena li għaddiet, iċ-ċifra telgħat għal 137,000 – u b’din ir-rata, kif kien ikkonfermalna l-Ministru Clyde Caruana ….. il-popolazzjoni ta’ Malta tista tiżdied sa minimu ta’ 800,000 persuna sal-2040.

Esperti kemm-il darba spjegaw li l-akbar żball li twettaq fl-aħħar 10 snin huwa l-fatt li Gvern tal-Labour ma ħasibx biex jakkomoda din iż-żieda qawwija fil-popolazzjoni. U filfatt fost diversi setturi oħra …. is-settur tas-saħħa spiċċa kwazi għalkuptejh għaliex mhux ilaħħaq ma’ din iż-żieda fil-popolazzjoni. Bil-membri tal-Gvern għadhom bla pjan, u bla soluzzjonijiet.

Waqt il-programm tar-radju Feedback fuq Net FM, ipprezentat minn Roderick Agius ….. Ivan Castillo – ix-shadow minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja insista li fis-settur tas-saħħa, il-Gvern ta’ Abela falla kompletament….bil-pazjenti mitfugħa f’canteen u librerija konvertiti fi swali, għaliex il-Gvern ma ħasibx għaż-żieda qawwija fil-popolazzjoni – għaliex minflok investa fi sptar ieħor kif dam iwiegħed is-snin, berbaq il-mijiet ta’ miljuni ta’ ewro minn flus il-poplu f’deals frawdolenti. Bl-infermieri u l-pazjenti jsofru l-konsegwenzi.

Castillo innota kif wara li l-Gvern ta’ Robert Abela addotta pjan ekonomiku li wassal għal splużjoni fil-popolazzjoni… b’mudell ekonomiku imsejjes fuq il-kwantita u n-numri… u mhux il-kwalità… issa introduċa l-iskills card – xi ħaġa li l-PN ilu zmien twil jisħaq fuqha, sabiex f’pajjizna jkollna ħaddiema barranin ta’ valur mizjud.