Is-soup kitchen tal-Belt Valletta fetħet il-bibien tagħha fil-25 ta’ Awwissu, 2021 fejn il-ħidma tagħhom tgħin eluf ta’ Maltin u barranin billi tipprovdi l-ikla ta’ kuljum. Peress li huma joperaw esklussivament fuq donazzjonijiet, huma jemmnu li rridu nkunu trasparenti u responsabbli fir-rigward tal-ħidma tagħhom sabiex jiprovdu l-aqwa servizz. Is-soup kitchen ipubblikat rapport tal-kisbiet tagħha matul is-sena li għaddiet, minn Jannar sa Diċembru tal-2023 illi turi li 27,000 irrikorrew għall-għajnuna – li jfisser medja ta’ aktar minn elfejn persuna kull xahar.
Dawn l-ammonti ma jinkludux lin-nies li jmorru għall-għajnuna minn kċejjen jew entitajiet oħrajn.
Fir-rapport li ħareġ illum, intqal illi 62% kienu irġiel filwaqt li 38% kienu nisa fejn utilizzaw mis-servizzi tagħhom. Is-Soup Kitchen OFM Valletta tipprovdi ikla sħuna, nutrittiva u bilanċjata 3 darbiet fil-ġimgħa, filwaqt li joffru ikla ħamest ijiem fil-ġimgħa, mill-11.30 am sas-1.30 pm.
Is-soup kitchen ma tgħinx biss Maltin iżda ukoll barranin fejn is-sena li għaddiet 86% kienu Maltin filwaqt li 14% biss kienu ta’ nazzjonalità barranija.
Matul is-sena li għaddiet dan il-grupp volontarju imexxi minn Patri Marcellino Micallef ippreparaw il-fuq min 98,400 platt għal l-ikla ta’ nofsinhar u 22,100 f’packed lunches fejn l-ispejjeż ma jonqsux għaliex dawn l-ikliet jiswew mal-€603,660 fis-sena.
Ix-xogħol ta’ din l-organizzazzjoni ma jieqafx biss fuq ikel iżda anka jkompli lil hinn mis-soup kitchen, fejn 98 persuna irnexilhom issibu xogħol bis-saħħa tagħhom.
Kif wieħed jistgħa jara, fis-Soup Kitchen OFM Valletta, jesperjenzaw miraklu ta’ kuljum tal-providenza fejn mingħajr l-armata tal-voluntiera u l-appoġġ tad-donaturi, dan ma jkunx possibbli. Huma jkomplu jħeġġu biex jibqgħu jappoġġjaw il-ħidma tagħhom sabiex inkunu jistgħu jipprovdu lil mistednin b’ħajja dinjituża.
//= $special ?>