Futbol Sport

Rebħa u seba’ gowls f’wirja dominanti minn Ħamrun Spartans

(Ritratt: Joseph Galea)

Rowen Camilleri

BALZAN…………..1

ĦAMRUN S………7

Balzan: D. Golovic, I. Bozovic, S. Arab (B. Hili 70’), T. Caruana (A. Oluwatobiloba 61’), P. Fenech, J. Busuttil (M. Grima 78’), A. Katanic (G. Blackwood 61’), N. Zerjal, N. Braunovic, O. Rommens, A. Andrejic (M. Aguek 78’)

Ħamrun S: H. Bonello, S. Borg, L. Montebello, R. Prsa, E. Freitas (J. Mbong 64’), U. Djurnaovic (Y. Nenov 64’), E. Bruno, J. Corbalan, E. Marcelina (O. Bjelicic 46’), R. Camenzuli (K. Vella 83’), J. Robert (S. Painstsil 64’)

Imwissija: T. Caruana 18’, S. Arab 25’, P. Fenech 57’ (B), E. Freitas 25’ (Ħ)

Skorjaw: A. Katanic 8’ (B), L. Montebello 19’ pen, 57’, 90’, 90+2’, U. Djuranovic 24′,46′, R. Prsa 73’ (Ħ),

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Luke Portelli u Shaun Calleja

BOV Plejer tal-Logħba: Luke Montebello (Ħamrun Spartans)

Il-Mument Plejer tal-logħba: Jonny Robert (Ħamrun Spartans)

Ħamrun irreġistraw il-ħames rebħa konsekuttiva meta bi prestazzjoni mill-aqwa għelbu lil Balzan 7-1. Kienu Balzan li fetħu l-iskor kmieni fil-partita iżda Ħamrun ma damux wisq biex għamlu l-iskor indaqs biex minn dak il-ħin ‘il quddiem ma ħarsux lura u ddominaw il-partita f’kull dipartiment biex b’hekk żammew l-ewwel post u vantaġġ ta’ tliet punti fuq l-eqreb rivali Floriana.

Balzan fetħu l-iskor wara 8 minuti meta minn kontratakk veloċi kien Olivier Rommens li għadda lejn Aleksandar Katanic li minn qagħda angolata xxutja, bil-ballun ikun devjat minn Steve Borg u baqa’ dieħel fix-xibka.

Fit-18-il minuta Triston Caruana jwaqqa’ lil Ryan Camenzuli fil-kaxxa bir-referee Philip Farrugia minnufieħ isaffar penalty. Mill-11-il metru jkun l-akwaq skorer tal-kampjonat Luke Montebello li tefa’ l-ballun naħa u lil Golovic in-naħa l-oħra.

Ħamrun baqgħu jinsistu u fit-23 minuta skorjaw it-tieni gowl meta kien xogħol tajjeb ta’ Jonny li rebaħ ballun mal-linja u tefa’ pass fin-nofs lejn Uros Djurnaovic li minn tarf il-kaxxa bi ġmiel ta’ xutt tefa’ l-ballun fl-angolu tax-xibka b’Golovic li ma seta’ jagħmel xejn.

Fid-39 minuta Balzan jirrispondu b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Andrejic li għadda ftit barra. Din kienet l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima bl-Ispartnas jidħlu jistrieħu f’vantaġġ ta’ 2-1.

Bidu mill-aqwa minn Ħamrun i ħadu biss 20 sekonda biex skorjaw it-tielet gowl meta Uros Djurnaovic jisraq ballun lil Nikola Zerjal u bil-kalma kollha jqabbeż minn fuq Golovic għat-tielet gowl ta’ Ħamrun u t-tieni wieħed personali.

Fis-57 minuta Ħamrun jagħmluhom erbgħa meta għal darb’oħra kien Jonny li għadda tajjeb mal-linja u tefa’ pass preċiż lejn Luke Montebello li mill-viċin kompla għal ġewwa.

Ħamrun ma kienux lesti u fit-73 minuta saħansitra skorjaw il-ħames gowl meta s-sostitut Seth Paintsil ra x-xutt b’saħħtu tiegħu jaħbat mal-mimduda u jinżel f’saqajn Roko Prsa li mingħajr wisq tbatija kompla fix-xibka.

Fil-ħin miżjud Ħamrun jingħataw it-tieni penalty tal-logħba meta Ivan Bozovic waqqa’ fil-kaxxa lil Luke Montebello bl-istess plejer jinkariga ruħu u jitfa’ fix-xibka u jgħaqqad hat-trick.

Għaddiet biss minuta u Montebello jgħaqqad poker personali. Korner moghti minn Roko Prsa, b’Golovic itajjar ħażin u l-ballun jaqa’ f’saqajn in-numru 7 ta’ Ħamrun li ma żbaljax għal-skor finali ta’ 7-1 favur Ħamrun li jibqgħu fl-ewwel post b’35 punt.

Ritratt ta’ Joseph Galea