Jammetti li Muscat ma tkellimx miegħu – jisħaq li Cutajar talbitu hi biex tidħol lura
Paniku. Attakki fuq il-Qrati u ġurnalisti .. u aktar paniku.
Hekk ġiet deskritta l-imġieba tal-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista rrekordjata l-Ġimgħa flimkien mal-Professur Andrew Azzopardi hekk kif il-Mexxej tal-Labour infexx f’attakk wieħed wara l-ieħor fil-konfront mhux biss tal-Maġistrat Gabriella Vella iżda l-Qrati Maltin….meta mistoqsi dwar Joseph Muscat.
Robert Abela, b’diskors deskritt minn Azzopardi nnifsu perikoluż, meta kien mistoqsi dwar l-Inkjesta Maġisterjali li qed tinvestiga d-deals tal-Isptarijiet…huwa sostna li qed jitlef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet.
Fid-dawl li qed jiġi mbottat biex joħroġ għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew – mistoqsi wkoll mill-MaltaToday ftit qabel il-ħin tal-intervista – Abela ammetta li Joseph Muscat injorah għal kollox u ma kelmux dwar l-eventwali kandidatura tiegħu .
Qalb attakk wieħed wara l-ieħor fuq il-Maġistratura u l-Maġistrat Gabriella Vella – Robert Abela, mistoqsi għal darba darbtejn, ma riedx jgħid jekk kienx jaf minn qabel bis-search li saret fir-residenza ta’ Joseph Muscat iżda minkejja kollox, minkejja l-iskandli u l-għajta ta’ poplu li niżlet lil predeċessur tiegħu mis-siġġu ta’ Prim Ministru…..huwa insista dwar ix-xogħol tajjeb ta’ Muscat.
Dan filwaqt li mhux biss attakka lill-Qrati iżda anke l-kredibbiltà tal-ġurnalisti – hekk kif meta b’mod ċar Azzopardi qallu li għandu leak fil-qalba tal-Partit Laburista…skredita għal kollox lill-ġurnalist.
Mistoqsi dwar Justyne Caruana, Abela insista li l-bieb miftuħ beraħ għaliha….iżda preċiża jgħid li dwar Rosianne Cutajar kienet hi li talbet biex tiġi lura – ammissjoni li bħal Joseph Muscat, kontroll fuq Cutajar Abela m’għandux – mistoqsi jekk hux se terġa’ tikkandida mal-Labour huwa ma ċaħadx – minkejja li kien saħaq li ċertament li le.
Andrew Azzopardi staqsa lil Robert Abela dwar il-u-turns li wettaq b’mod partikolari fil-liġi tal-abort li skont Abela…surrealment, dak ma kienx u-turn imġiegħel mill-President ta’ Malta George Vella.
Mistoqsi dwar l-eks Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin Alex Dalli….Abela kompla jaqbeż għalih minkejja l-imwiet u allegat aġir li kien jitwettaq fil-ħabs taħt it-tmexxija tiegħu…b’Abela jkollu jammetti li forsi f’xi waqtiet kien kemmxejn estrem.
Aġir ta’ Prim Ministru deskritt bħala wieħed panikuż u fuq id-difensiva – attakki fuq il-Qrati, fuq il-ġurnalisti u fuq kull min ma jaqbilx miegħu.
Mexxej Laburista li l-unika karatteristika tiegħu skont l-opinjonisti hija l-u-turns u l-fatt li miegħu qatt ma taf fejn qiegħed.
//= $special ?>