It-Tazza Afrikana illum tidħol fit-tieni fażi tagħha hekk kif jibdew il-logħbiet tal-aħħar sittax, fażi ta’ eliminazzjoni diretta.
Fl-ewwel logħba tal-lum, Angola rebbieħa ta’ Grupp D, jiltaqgħu man-Namibja li spiċċaw it-tielet fil-grupp iżda kklassifikaw fit-tieni post fil-klassifika tat-timijiet li spiċċaw fit-tielet post.
Fit-tieni logħba tal-lum in-Niġerja tilgħab kontra l-Kamerun, logħba li hi ferm mistennija bejn żewġ timijiet li s’issa wieħed kien jistenna iktar minnhom.
It-tnejn spiċċaw fit-tieni post fil-gruppi rispettivi tagħhom anki jekk in-Niġerja urew l-aħjar logħob s’issa.
Illum
Angola v Namibja
Niġerja v Kamerun
Għada
Guinea Ekw. v Guinea
Eġittu v Rep. Dem. Kongo
//= $special ?>