Matul il-jum tal-Ġimgħa, żewġ persuni ġew arrestati f’żewġ operazzjonijiet separati.
Rumen ta’ 37 sena ġie arrestat wara li fil-pussess tiegħu nstabu 15-il kilo suspettata kokaina, destinata għas-suq lokali, bil-valur li jlaħħaq madwar €2 miljun. Is-sejba saret wara li l-Pulizija identifikat vettura, Volkswagen Touareg, li kienet għadha kif waslet Malta bil-katamaran minn Sqallija u li allegatament kienet qiegħda ġġor pakketti bil-kokakina. Wara tfittxija li saret fil-vettura, il-Pulizija sabet 15-il pakkett bid-droga bis-suspett ikkonferma, li kienu moħbija f’kompartamenti foloz.
It-tieni persuna li ġiet arrestata kienet raġel ta’ 36 sena mis-Serbja, hu ġie arrestat b’rabta
ma’ kultivazzjoni tal-kannabis f’residenza li nbidlet f’post biex titkabbar il-kannabis.
L-arrest sar wara li l-Pulizija daħlu fir-residenza tiegħu fejn instabu aktar minn 150 siġra mdaqqsin
tal-kannabis, bl-intenzzjoni li d-droga, tinbiegħ fis-suq lokali.
B’rabta maż-żewġ każijiet infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrati Donatella Frendo Dimech u Monica Vella rispettivament, li min-naħa tagħhom ħatru diversi esperti. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>