It-tennista mill-Belarus Aryna Sabalenka rebħet għat-tieni darba l-Open tal-Awstralja f’Melbourne meta bl-iktar mod faċli għelbet liċ-Ċiniża Qinwen Zheng 6-3, 6-2.
Kienet logħba mingħajr storja hekk kif Sabalenka ddominat din il-final biex rebħet f’siegħa u għoxrin minuta. Sabalenka b’hekk rebħet it-tieni Grand Slam tagħha u rebħet it-turnament ta’ din is-sena mingħajr ma tilfet l-ebda set.
Għal Zhang jibqa’ s-sodisfazzjoni li waslet sal-finali meta żgur ma kienx mistenni minnha, fejn bdiet it-turnament fil-15-il post fir-rankings dinjija u spiċċat fis-seba’ post tar-rankings wara l-final mitlufa kontra Sabalenka.
Minn naħa tagħha Sabalenka tibqa’ fit-tieni post tar-rankings dinjija, dejjem wara l-Pollakka Iga Swiatek li f’Melbourne iddiżappuntat.
//= $special ?>