Attivisti favur l-klima jwaddbu s-soppa fuq il-pittura tal-Mona Lisa li tinsab fil-mużew Louvre, fi Franza.
Żewġ nisa ta’ 24 u 63 sena, li kienu lebsin flokkijiet bil-kliem ‘Riposte Alimentaire’, li tfisser rispons tal-ikel, provaw jivvandalizzaw lill-pittura, bi protesta favur is-sigurtà tal-ikel sostenibbli.
Din mhux l-ewwel darba li l-pittura ta’ Leonardo da Vinci kienet fil-mira ta’ vandaliżmu, u huwa għalhekk li l-pittura hija protetta bi ħġieġa, b’hekk ma ġarrbet l-ebda ħsara.
//= $special ?>