Futbol Sport

Draw li ma jibdel xejn bejn Sliema u Birkirkara

(Ritratt: Trevor Sollars)

Andrè Muscat

SLIEMA WANDERERS…………0

BIRKIRKARA……………………….0

Sliema Wanderers: R. Al Tumi, J. Borg, J. Minala, S. Da Mata (M. Scerri 82’), M, Beerman, G. Alcino, E. Agius (J. Engerer 82’), D. Damsen, M, Bernardo, G. Acheampong, M. Awad (D. Kondrakov 66’)

Birkirkara: M. Zapytowski, E. Pepe, P. Mbong (A. Satariano 87’), A. Zammit (A. Queiroz 87’), K. Zammit, E. Sarpong, E. Beltre, N. Micallef (A. Diakite 80’) , A Coppola, S. Zibo, M. Maia (A. Ciolacu 63’)

Imwissija: S. Da Mata 50’ (SW), E. Sarpong 80’ (B)

Referee: Matthew De Gabriele

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Shaun Calleja

BOV Plejer tal-Logħba: N. Micallef (Birkirkara)

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: G. Acheampong (Sliema Wanderers)

Fit-Tony Bezzina Stadium, il-konfront dirett l-ieħor mill-14-il ġurnata bejn Sliema u Birkirkara ma joffri l-ebda spettaklu, biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed rispettivitament.

Kelna nistennew kwarta mill-ftuħ tal-partita sabiex rajna l-ewwel azzjoni tal-partita, meta d-difensur ċentrali ta’ Birkirkara Coppola prova jbiegħed il-periklu miż-żona diffensiva tat-tim tiegħu, iżda minflok tilef il-ballun għad-dani ta’ Acheampong, bil-plejer Slimiż javvanza u jara t-tentattiv tiegħu ddevjat għall-korner.

Kien fit-42 minuta li rajna t-tieni azzjoni tal-partita, meta Samuel Gomes tal-Wanderers jipprova xutt minn barra l-kaxxa bil-goalkeeper Karkariż jilqa’ bla diffikultà.

F’logħba bilanċjata għall-aħħar b’ħafna logħob f’nofs il-grawnd, mat-tisfira ta’ tmiem l-ewwel taqsima mir-referee Matthew De Gabriele, t-timijiet rispettivi daħlu jistrieħu f’parita ta’ 0-0.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima tasal fl-74 minuta minn Bikirkara, meta l-akkwist il-ġdid tagħhom Andrea Zammit jagħti pass fit-tul lejn Andrei Ciolacu, b’dan tal-aħħar idur mal-goalkeeper u minn pożizzjoni angolata prova xortih iżda sab lil Jean Borg li dawwar it-tentattiv f’korner.

F’logħba b’ħafna pusses tal-ballun iżda nieqsa mill-azzjonijiet, mat-tisfira finali tar-referee Sliema u Birkirkara ħadu punt kull wieħed, punt li ħallihom fl-istess pożizzjoni fil-klassifika li kienu qabel dan il-konfront.

Ritratt ta’ Trevor Sollars