Fl-FA Cup sorpriża kbira minn Maidstone, tim non-league li rnexxielhu jegħleb lil Ipswich Town 2-1.
Maidstone b’hekk sar l-ewwel tim non-league sa mill-1978 li wasal sal-ħames round ta’ din il-kompetizzjoni prestiġjuża.
L-aħħar li għamlu dan fl-1978 kienu Blyth Spartans.
Il-logħba ntlagħbet f’Portman Road, il-ground ta’ Ipswich li qed jisfidaw biex jiksbu post fil-Premiership.
Il-goal tar-rebħa ta’ Maidstone kien skorjat minn Sam Corne fis-66 minuta.
Għaddew għall-ħames round il-leaders taċ-Championship Leicester City li għelbu faċilment lil Birmingħam, filwaqt li Leeds kisbu biss draw kontra Plymouth u issa hemm bżonn ta’ replay.
F’logħbiet bejn timijiet mill-Premiership rebħa kbira ta’ 5-2 għand Sheffield United b’hat-trick ta’ Joao Pedro, filwaqt li Luton kisbu rebħa drammatika f’Goodison Park fuq Everton bil-goal tar-rebħa jkun skorjat minn Woodrow fis-96 minuta.
Newcastle ukoll avvanzaw b’rebħa ta’ 2-0 għand Fulham grazzi għal goal f’kull taqsima skorjati minn Longstaff fid-39 minuta u minn Burn fil-61 minuta.
Riżultati
Ipswich v Maidstone 1-2
Everton v Luton 1-2
Leeds v Plymouth 1-1
Leicester v Birmingham 3-0
Sheffield Utd v Brighton 2-5
Fulham v Newcastle 0-2
Illum
12:45 West Brom v Wolves
15:00 Watford v Southampton
15:30 Liverpool v Norwich
17:30 Newport v Man Utd
//= $special ?>