Illum fil-5.15 pm fuq Net Television, jixxandar l-14-il programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fl-ewwel parti enfażi dwar il-karate fejn SKSM Karate Club bejn il-21 u l-24 ta’ Marzu se jorganizza it-22 edizzjoni tal-Malta Open kif wkoll it-tieni edizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja tal-World Karate-Do Alliance WKA. Mistieden CHRIS GALEA responsabbli minn SKSM Karate Club u tal-Kampjonati kif wkoll ir-referee internazzjonali LUCIENNE GALEA li hija responsabbli mis-settur tar-referees fl-istess Kampjonati.
Fit-tieni parti tal-programm sport għal kollox differenti : Frame Football . Mistiedna l-Prof.Joseph Grima President tal-Malta Paralympic Committee, Rita Darmanin Carbonari, President u fundarici ta’ Frame Football Malta kif wkoll l-atleti żgħażagħ Maya Rusicic, Eliza Bonnici u Luca Calleja.
Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Noel Zammit u Joe Sultana.
//= $special ?>