Lokali

“F’soċjetà li qed tinbidel il-ħin kollu rridu nibqgħu l-awturi li nagħżlu l-aqwa u l-aħjar għall-poplu tagħna” – Alex Perici Calascione

“L-isfida ta’ soċjetà li qegħda tinbidel l-ħin kollu hi waħda li jrid jiffaċċja kull partit politiku. Min-naħa tal-Partit Nazzjonalista hu marbut u obbligat li jsegwi dawn it-tibdiliet u jagħrafhom fid-dettall, filwaqt li min-naħa l-oħra hu mistenni li jibqa’ dejjem fidil għall-valuri u l-prinċipji tiegħu.

“Din hi realtà li l-Partit Nazzjonalista żamm dejjem bħala karatteristika tiegħu u hu b’dan il-mod li l-Partit Nazzjonalista, partikolarment fit-tibdil kbir li sar f’Malta u f’Għawdex mill-Indipdendenza ’l hawn kien dejjem awtur prinċipali tal-aktar żviluppi importanti li seħħew fl-istorja ta’ pajjiżna.

“Għalija din tibqa’ responsabbiltà ċara għall-Partit, ċioè dik li bi proposti u b’ideat li jirriflettu l-valuri tal-prinċipji tagħna fi ħdan soċjetà li tibqa’ dejjem tinbidel, nibqgħu nkunu l-awturi tal-iżviluppi l-aktar importanti li jseħħu f’pajjiżna.”

Din kienet waħda mid-dikjarazzjonijiet qawwija li tennieli Alex Perici Calascione, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, meta aktar kmieni din il-ġimgħa intervistajtu fit-tul dwar il-ħidma attwali li għaddej minnha l-Partit Nazzjonalista.

Alex Perici Calascione beda biex qal li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jibda din is-sena, li hi sena partikolari ħafna kemm għall-Partit kif ukoll

għall-pajjiż, bis-saħħa ta’ xogħol li sar sa issa matul is-sena li għaddiet għal dak li għandu x’jaqsam mal-preparazzjonijiet għall-elezzjonijiet ta’ Ġunju li ġej.

Għal dawn l-elezzjonijiet il-Partit Nazzjonalista diġà approva numru sabiħ ta’ kandidati u qiegħed ikompli għaddej b’ħidma li tibqa’ miexja sakemm jingħalqu l-listi rispettivi. Dan kemm fir-rigward tal-elezzjoni għall-Parlament Ewropew kif ukoll u għall-elezzjonijiet fl-ibliet u fl-irħul tal-Kunsilli Lokali.

Alex Perici Calascione fisser li fl-istess waqt il-Partit qiegħed jaħdem ukoll, u fil-fatt mexa ħafna ’l quddiem, fit-tfassil tal-istrateġiji għall-elezzjonijiet rispettivi. Sadattant hekk kif bdejna s-sena, ma’ dan ix-xogħol żdied ukoll l-element tar-reshuffle u t-tiġdid fid-dekasteri tal-Membri Parlamentari u liema reshuffle u tiġdid tħabbar proprju fil-jiem li għaddew biex jagħti saħħa akbar lill-istess Grupp Parlamentari Nazzjonalista biex il-Partit Nazzjonalista mhux biss ikompli jissaħħaħ imma jkun tassew Gvern alternattiv b’saħħtu.

Hu fisser li b’hekk illum qegħdin nibdew is-sena mhux biss b’kontinwazzjoni tax-xogħol li sar matul l-aħħar xhur, imma wkoll bl-impenn imġedded li joħroġ mill-enerġiji u mill-ħiliet li jkunu ddedikati fid-dekasteri kollha tal-Membri Parlamentari tal-Partit

B’dan il-mod il-ħidma tal-Grupp Parlamentari tingħaqad b’sinerġija pożittiva mal-ħidma elettorali tal-Partit.

“Irrid ngħid ukoll li rrid nesprimi s-sodisfazzjon tiegħi għall-ħidma li qegħda ssir fi ħdan il-Kumitati Sezzjonali kollha tal-Partit sew f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Ħidma li fiha qegħdin jipparteċipaw għadd ġmielu ta’ persuni li allura huma wkoll qegħdin jikkontribwixxu għall-impenn tal-Partit f’din il-mixja elettorali,” qal Alex Perici Calascione.

Il-Kumitati Sezzjonali qegħdin jaqdu rwol importanti ħafna sew ta’ appoġġ għall-kandidati kif ukoll għall-istess tfassil tal-proposti li l-Partit

Nazzjonalista se jippreżenta kemm għall-pajjiż inġenerali kif ukoll fuq livell ta’ bżonniiet tal-ibliet u l-irħula kollha f’pajjiżna.

Hu f’dan is-sens li lkoll flimkien bħala tim wieħed il-Partit Nazzjonalista rridu nħarsu ’il quddiem lejn il-mixja għal dawn iż-żewġ appuntamenti elettorali importanti b’kuraġġ u b’determnazzjoni u bi twemmin sħiħ li dawn l-elezzjonijiet ikunu mill-ġdid ċirkostanzi li fihom il-Partit Nazzjonalista jippreżenta ruħu b’ideat, bi proposti u bi strateġiji li jkunu jġibu lil dan il-pajjiż ’il quddiem, qal Alex Perici Calascione.

Hu kompla li għal dik li hi sitwazzjoni interna fi ħdan il-Partit Nazzjonalista jrid jingħad li b’mid inġenerali matul l-aħħar xhur f’din il-leġislatura sar ħafna xogħol sia internament għal dawk li huma r-realtajiet diversi ħdan il-Partit kif ukoll għal dik li hi t-tfassil tal-istrateġija politika.

“Dan il-ParTit tagħna minn dejjem kien Partit li jiġbor fih ideat, esperjenzi u opinjonijiet differenti. Qatt ma konna u anqas qatt m’għandna nkunu xi Partit fejn kulħadd irid jaħseb bl-istess mod u fejn kulħadd jitkellem bl-istess mod u ħsieb.

“Din għalija personalment minn dejjem kienet waħda mill-fatturi pożittivi li ġibditni lejn dan il-Partit Nazzjonalista. Naturalment dan għandu wkoll ir-riskji tiegħu għaliex jistgħu jinqalgħu ċirkostanzi fejn it-tħabbit tal-ħsibijiet differenti jistgħu joħorġu lil hinn mill-kmamar tad-diskussjonijiet.”

Matul dawn l-aħħar xhur saret ħafna ħidma biex mill-ġdid jerġa’ jinħoloq dak il-bilanċ neċessarju bejn li fuq naħa nibqgħu ninkoraġġixxu t-tibdil kbir kemm jista’ jkun ta’ ideat u ħsibijiet u fuq in-naħa l-oħra l-ħtieġa ta’ pożizzjoni aħħarija komun.

“F’dan is-sens il-Partit Nazzjonalista ta ħafna importanza għal skambji u saru diskussjonijiiet ma’ diversi persuni u għaqdiet lil hinn mill-Partit li qasmu magħna esperjenzi, ideat u suġġerimenti.

“Dan kien u se jibqa’ ta’ prijorità għall-Partit għaliex hu b’hekk biss li bit-tfassil tal-proposti u l-istrateġiji li nkunu f’pożizzjoni li noffru ideat u soluzzjonijiet li jkunu meħtieġa għall-bżonnijiet kemm tal-pajjiż kif ukoll tal-poplu Malti u Għawdxi.

“Dan hu ta’ importnza partikulari għaliex qegħdin ngħixu fi żmien fejn ħafna realtajiet fis-soċjetà Maltija tbiddlu mhux neċessarjament għall-aħjar. Dan iwassal biex il-Partit ikun irid bilfors jistaqsi u jirrifletti x’għandu jkun il-messaġġ politku llum f’realtà ta’ soċjetà Maltija llum mibdula,” spjega Alex Perici Calascione.

Hu żied li “pajjiżna llum m’għadux dak li kien sa ftit tas-snin ilu. Il-prijoritajiet ta’ ħafna tbiddlu. Is-saħħa tal-familja ddgħajfet. Is-sens ta’ ‘xejn mhu xejn’ sar realtà f’moħħ ħafna.

“Ma’ dan tiżdied il-mod kif iddgħajfet serjament il-governanza ġusta u tajba, il-mod kif l-istituzzjonijiet li għandhom ikunu tarka taċ-ċittadin iddgħajfu flimkien mat-tnaqqis serju tar-reputazzjoni ta’ pajjiżna.

“Dan it-tibdil kollu jsarraf f’pajjiż li għandu bżonn urġenti ta’ bidla fid-direzzjoni, jitfa’ fuq il-Partit Nazzjonalista, bħala l-Partit ewlieni fl-Oppożizzjoni, respnsabbiltà kbira u kbira ħafna,” qal Alex Perici Calascione.

Hu kompla li “din ir-responsabbiltà twassalna biex nagħrfu dejjem aktar li dak li hu mitlub u mistenni minna llum u dak li pajjiżna jistenna bi dritt minn għandna hu li nogħlew ’il fuq minn kull kwistjoni li hi purament ta’ Partit u niffukaw ferm aktar fuq kwistjonijiet li huma purmament ta’ pajjiż.

“Hu dan is-sens ta’ responsabbiltà li jimmarka l-ħidma tat-Tmexxija matul dan iż-żmien u li għandu jibqa’ jixprunana, jagħtina l-kuraġġ u jsaħħaħ id-determinazzjoni biex nibqgħu naħdmu magħqudin bħala Patrtit.”

Alex Perici Calascione enfasizza li “f’din il-ħidma t-Tmexxija tal-Partit la hi u anqas għandha tkun waħidha. Hu f’dan is-sens li b’żieda mal-ħidma tal-Kumitati Sezzjonali li diġà semmejt, qegħda ssir ħidma wkoll fil-fergħat kollha tal-Partit Nazzjonalista. Kemm għal dak li hu xogħol fil-qasam partikulari ta’ kull xogħol b’mod rispettiv kif ukoll għal koordinazzjoni bejn il-fergħat infushom.”

Hu qal li l-fergħat tal-Partit għandhom funzjoni mill-aktar importanti għaliex bejn il-ħdax li huma tista’ tgħid li wieħed isib ir-realtajiet kollha tas-soċjetà kollha.

Kien ukoll għal dan l-iskop li matul iż-żmien in-numru ta’ fergħat żdied biex ikunu jirriflettu proprju dawn ir-realtajiet ta’ soċjetà li qegħda tinbidel il-ħin kollu.

L-isfida ta’ soċjetà li qegħda tinbidel l-ħin kollu hi waħda li jrid jiffaċċja kull partit politiku. Min-naħa tal-Partit hu marbut u obbligat li jsegwi dawn it-tibdiliet u jagħrafhom fid-dettall, filwaqt li min-naħa l-oħra hu mistenni li jibqa’ dejjem fidil għall-valuri u l-prinċipji tiegħu.

Din hi realtà li l-Partit Nazzjonalista żamm dejjem bħala karatteristika tiegħu u hu b’dan il-mod li l-Partit Nazzjonalista, partikolarment fit-tibdil kbir li sar f’Malta u f’Għawdex mill-Indipdendenza ’l hawn kien dejjem awtur prinċipali tal-aktar żviluppi importanti li seħħew fl-istorja ta’ pajjiżna.

“Għalija din tibqa’ responsabbiltà ċara għall-Partit, ċioè dik li bi proposti u b’ideat li jirriflettu l-valuri tal-prinċipji tagħna fi ħdan soċjetà li tibqa’ dejjem tinbidel, nibqgħu nkunu l-awturi tal-iżviluppi l-aktar importanti li jseħħu f’pajjiżna.

“Hu dan is-sens ta’ responsabbiltà li jwassalna wkoll illum biex immexxu ’l quddiem il-ħidma favur il-kwalità ta’ ħajja aħjar, favur soċjetà tassew aktar ġusta u fejn il-Liġi tkun ugwali għal kulħadd u fejn kulmin jinvolvi ruħu fil-ħajja pubblika jkun jirrispetta l-livelli ta’ mġiba mistennija minn kull wieħed u waħda minna.”

Alex Perici Calascione kompla li ma’ dan jiżdied ukoll l-obbligu ċar li għandna biex naħdmu biex mill-ġdid nerġgħu nibnu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna li wisq sfortunatament iddgħajfet ħafna fl-aħħar snin. B’hekk biss nistgħu nerġgħu mill-ġdid li aħna kburin li aħna Maltinu Għawdxin. B’hekk biss ukoll inkunu nistgħu nerġgħu niġbdu lejn pajjiżna investiment barrani serju li jibqa’ u li jgawdi minnu u li minnu tkun gawdi firxa kbira ta’ nies u mhux xi grupp żgħir tal-qalba.

Mistoqsi x’inhu l-appell tiegħu ftit xhur biss mid-data tat-8 ta’Ġunju, Alex Perici Dalcaione fisser li l-appell tiegħu hu wieħed ta’ stedina biex kull min għandu xi ideat tajbin xi jwassal, kull min jixtieq li tassew jara l-kwalità tal-ħajja fil-lokalità tagħna jitjieb, kull min jixtieq tassew li jerġa’ jasal dak il-mument li jħossu kburi b’dak li qiegħed jiġri f’pajjiħna, allura ingħaqad f’dini l-mixja mal-Partit Nzzjonalksta

Din l-istedina hi miftuħa għal kulħadd, anki għal min fil-passat mhux dejjem appoġġa lill-Partit Nazzjonalsita. Bħalma jħoss il-Partit Nazzjonalsta llum il-bżonn li pajjiżna jbiddel ir-rotta hu kbir u urġenti.

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ ffokat fuq din il-mixja. Iżda din hi mixja li l-Partit ma jistax jagħmel waħdu u għalhekk hemm il-bżonn dejjem li aktar nies jersqu ’l quddiem biex din il-mixja tkun waħda effettiva li fl-aħħar mill-aħħar twassal għal aktar ġid kemm għal pajjiżna imma anki għal kull wieħed u waħda minna, temm Alex Perici Calascione.