Juventus fallew żewġ punti prezzjużi meta kontra kull mistenni kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Empoli.
Iżda wieħed irid jgħid li Juventus lagħbu kważi għal-logħba kollha bi plejer inqas meta wara biss 16-il minuta kien imkeċċi l-attakkant Milik b’karta ħamra diretta.
Minkejja dan in-nuqqas Juventus marru fil-vantaġġ ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima grazzi għal goal ta’ Vlahovic.
Fis-70 minuta Empoli kisbu punt prezzjuż meta kisbu d-draw b’goal ta’ Baldanzi.
Atalanta komplew bis-serje pożittiva meta f’Bergamo għelbu lil Udinese b’żewġ goals fl-ewwel taqsima.
Kien Miranchuk li fetaħ l-iskor fit-33 minuta u fil-ħin m iżjud tal-ewwel taqsima Scamacca skorja t-tieni goal.
Milan m’approfittawx miż-żelqa ta’ Juventus meta kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Bologna. Milan fallew żewġ penalties mogħtija minn Giroud u Hernandez.
Riżultati
Atalanta v Udinese 2-0
Juventus v Empoli 1-1
Milan v Bologna 2-2
Illum
Genoa v Lecce
Monza v Sassuolo
Verona v Frosinone
Lazio v Napoli
Fiorentina v Inter
//= $special ?>