Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iqatta’ tmiem il-ġimgħa fost l-Għawdxin
Il-politika tal-Partit Nazzjonalista hija msejsa fuq li noffru politika ta’ gwadann għall-poplu Għawdxi u Malti kollu.
Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fi tmiem għadd ta’ żjarat li wettaq f’Għawdex matul tmien il-ġimgħa, fejn ta ħarsa wkoll lejn is-sitwazzjoni kurrenti tal-pajjiż, hekk kif l-aħħar jiem ikkonfermaw kemm Robert Abela tilef l-awtorità morali li jiggverna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li d-dgħufija ta’ Robert Abela fil-konfront ta’ dawk li ħatfu l-Partit Laburista qed twassal għal tmexxija dgħajfa u batuta fil-konfront tal-pajjiż Malti kollu.
Bernard Grech qasam ukoll uħud mill-esperjenzi li kellu mal-Għawdxin, b’uħud qasmu l-isfidi tagħhom li ta’ kuljum qed jaffaċjaw, fosthom sfidi ta’ trasport, fis-settur tas-saħħa u anki l-għoli tal-ħajja.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qatta’ l-għodwa tal-Ħadd filgħodu man-nies f’numru ta’ lokalitajiet, fosthom f’Għajnsielem, ix-Xagħra u r-Rabat bl-iskop tal-ħidma politika hi li jissaħħaħ d-djalogu u li jkunu diskussi l-isfidi. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sema’ u fehem aktar il-ħtiġijiet tal-poplu Għawdxi.
Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm martu AnnMarie, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, numru ta’ Deputati Nazzjonalista, flimkien ma’ kandidati għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali u kif ukoll membri li jagħmlu parti mill-Kumitati Sezzjonali tal-Partit fil-lokalitjiet li żar.
//= $special ?>