Futbol Sport

Gowl lejn it-tmiem ta’ Lucas Caruana jagħti rebħa lil Hibernians

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Hibernians…………………3

Gżira U…………………………2

Hibernians: H. Sacco, F. Apap, K. Shaw, R. Bairam, S. Zuzul, J. Degabriele (S. Okoh 90′), B. Kristensen (G. Artiles 66′), A. Radchenko (M. Bagayoko 80′), C. Bonanni, G. Bastianos, E. Pereira (L. Caruana 66′)

Gżira U.: D. Zarkov, G. Bohrer, A. Borg, Z. Scerri, M. Dias, L. De Oliveira, L. Riascoc, F. Zuniga, B. Borg (C. Filho 90′), T. Espindola, J. Mendoza (E. Silva 90′)

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: J. Muscat, D. Castillo

Hibernians kisbu rebħa lejn it-tmiem f’partita kumbattuta meta għelbu lil Gżira United 3-2. Kienu Gżira li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Thiago Espindola wara 27 minuta. Bjorn Kristensen ġab l-iskor indaqs tliet minuti wara.

Gżira għal darb’oħra fil-vantaġġ fis-37 minuta permezz ta’ Brooklyn Borg qabel ma’ Hibernians irnexxielhom iġibu d-draw żewġ minuti wara permezz ta’ Jurgen Degabriele.

Hibernians skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-91 minuta permezz taż-żagħżugħ Lucas Caruana.