Futbol Sport

Gowl ta’ Lautaro Martinez ipoġġi lil Inter fil-quċċata tal-klassifika

(Ritratt: EPA)

Inter irritornaw fil-quċċata tal-klassifika b’punt vantaġġ fuq Juventus u b’partita anqas meta għelbu lil Fiorentina bl-iskor minimu ta’ 1-0. Il-gowl deċiżiv wasal fl-14-il minuta permezz ta’ Lautaro Martinez. Fiorentina tilfu ċ-ċans li jġibu l-iskor indaqs meta fis-77 minuta Nicola Gonzalez falla penalty.

Fi Stadio Olimpico, draw ta’ mingħajr gowls bejn Lazio u Napoli. B”dan ir-riżultat tkompli l-forma diżappuntanti taċ-champions Napoli hekk kif jinsabu fid-disa’ post tal-klassifika filwaqt li Lazio telgħu fis-sitt post.

Genoa komplew isaħħu posthom f’nofs il-klassifika meta għelbu lil Lecce 2-1. Lecce b’ċans li jmorru fil-vantaġġ kmieni fil-partita iżda Nikola Krstovic naqas milli jiskorja minn penalty. L-istess plejer iżda tefa’ lil Lecce fil-vantaġġ fil-31 minuta. Mateo Retegui ġabu l-iskor indaqs fis-70 minuta permezz ta’ Mateo Retegui qabel ma’ sitt minuti wara, Caleb Ekuban skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għal Genoa.

Monza kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Sassuolo. Dany Mota kellu l-gowl tiegħu mħassar permezz tal-VAR fit-22 minuta qabel ma’ Andrea Colpani skorja dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fil-31 minuta.

Verona u Frosinone temmew fi draw ta’ 1-1. Verona ngħataw żewġ penalties fl-ewwel taqsima fejn l-ewwel kien Ondrej Duda li falli ċ-ċans li jpoġġi lil Verona fil-vantaġġ fis-37 minuta iżda mbagħad qabel il-mistrieħ kien Tomas Suslov li mill-ħdax-il metru ma żbaljax. Frosinone ġabu l-iskor indaqs fit-58 minuta permezz ta’ Kaio Jorge.