Din il-ġimgħa, suppost tidħol fis-seħħ l-iskema li ħabbar il-Gvern dwar il-prezzijiet tal-ikel. Iżda sa dalgħodu, il-lista kienet għadha mhix pubblika – u ħadd ma jaf eżatt liema huma dawk il-prodotti li se jinbidel il-prezz tagħhom.
Fil-verità, huma biss 15 il-prodotti li mistenni jorħsu u li jistgħu jiġu akkwaistati minn supermarkets specifici. Il-lista tinkludi spagetti u penne, il-corned beef, kapuljat frisk u friżat, pork chops, tiġieġ friżati, cornflakes, tonn taż-żejt u kafè.
Iżda hemm ħafna affarijiet li tħallew barra minn din il-lista. Fosthom il-ħobż u l-ħalib frisk, bajd, dqiq, butir, ġobnijiet u prieżet – dawn kollha ġew esklużi mil-lista.
Dan ifisser li l-affarijiet bażici li jintużaw kuljum anke sempliċiment biex tagħmel biċċa ħobż, ma kinux inklużi f’din il-lista li fassal il-Gvern.
Imbgħad, hemm prodotti oħra li se jibqgħu bl-istess prezz: iż-żejt taż-żebbuġa mhux se jorhos, iz-zalzett u ċ-chicken breast mhux inklużi fil-lista, iċ-ċerejali mhux se jorħsu, u l-ħelu ma jissemma’ mkien.
Lanqas is-soft drinks mhux inklużi. Frott u ħaxix frisk mhux imsemmi lanqas. Ir-ross ukoll mhux se jorħos. Bottijiet tal-preserved mhux se jorħsu. L-ikel tal-annimali mhux se jorħos.
L-inizjattiva mistennija tibda minn nhar il-Ħamis.
//= $special ?>