F’Melbourne, l-Awstralja, Jannik Sinner għeleb lil Daniil Medvedev 3-6 3-6 6-4 6-4 6-3 biex b’hekk irkupra minn żewġ sets żvantaġġ u rebaħ l-ewwel Grand Slam tal-karriera tiegħu.
Sinner kellu bidu diffiċli fejn ma setax iżomm mal-intensità tal-avversarju tiegħu. Fi triqtu għall-finali, Sinner għeleb lil Novak Djokovic fis-semifinali. F’kummenti lill-midja, it-tennista Taljan ta’ 22 sena qal li jħossu kuntent bis-suċċess li kiseb.
Medvedev li għandu 27 sena tilef ħames minn sitt finali li lagħab fihom fosthom kontra Novak Djokovic fl-2021 u kontra Rafael Nadal fl-2022 f’Melbourne Park.
//= $special ?>