F’post fuq il-midja soċjali l-Għaqda Studenti tal-Liġi (GħSL) ikkundannat għall-aħħar l-aġir ta’ Robert Abela fl-intervista li saret is-Sibt li għadda.
L-għaqda qalet li l-attakki minn Abela fil-konfront tal-ġudikatura ma kinux ġustifikati dan filwaqt li saħqet li dan id-diskors imur kontra l-Kodiċi tal-Etika. Intqal ukoll li l-fatt li Robert Abela qajjem suspett li l-Inkjesta Maġisterjali fil-konfront ta’ Joseph Muscat kapaċi tkun konkluża qrib l-elezzjonijiet tfisser li Abela jiddubita mill-imparzjalità tal-Maġistrat – stqarrija li ddgħajjef l-integrità tal-ġudikatura.
Għaldaqstant, l-għaqda appellat sabiex l-ogħla uffiċjali fil-Gvern ma jkomplux b’dawn l-attakki fuq istituzzjonijiet li huma l-pilastri tad-demokrazija u prinċipji tas-separazzjoni tal-poter.
//= $special ?>