Fir-raba’ round tal-FA Cup, Liverpool kisbu rebħa konvinċenti ta’ 5-2 fuq Norwich City. Din il-partita kienet l-ewwel waħda ta’ Liverpool minn meta l-kowċ Jurgen Klopp ħabbar li se jkun qed jitlaq fi tmiem l-istaġun. Curtis Jones poġġa lil Liverpool fil-vantaġġ wara 16-il minuta. Norwich ġabu d-draw fit-22 minuta permezz ta’ Ben Gibson. Darwin Nunez reġa poġġa lir-Reds fil-vantaġġ fit-28 minuta.
Fit-tieni taqsima Liverpool skorjaw darbtejn oħra, l-ewwel permezz ta’ Diogo Jota u Virgil Van Dijk. Norwich naqsu l-iskor fid-69 minuta permezz ta’ Borja Sainz. Lejn it-tmiem Ryan Gravenberch għamel l-iskor 5-2.
Manchester United ukoll kisbu rebħa kbira, ta’ 4-2 fuq Newport County. Bruno Fernandes u Kobbie Mainoo fetħu vantaġġ doppju għar-Red Devils. Newport wettqu reazzjoni u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs b’gowls minn Bryn Morris u Will Evans. Manchester United għal darb’oħra fil-vantaġġ fit-68 minuta permezz ta’ Antony qabel ma Rasmus Hojlund għalaq il-partita fl-94 minuta għal skor finali ta’ 4-2.
Fil-Black Country Derby, Wolves għelbu lil West Brom 2-0. Wolves fil-vantaġġ wara 38 minuta permezz ta’ Pedro Neto qabel ma Matheus Cunha għalaq il-partita fit-78 minuta.
Watford u Southampton se jkollhom jilagħbu replay wara li l-partita bejniethom intemmet fi draw ta’ 1-1. Watford fil-vantaġġ wara ħames minuti permezz ta’ Matheus Martins. Southampton irnexxielhom isalvaw ir-riżultat lejn it-tmiem permezz ta’ Stuart Armstrong.
//= $special ?>