Andrè Muscat
NAXXAR LIONS………. 0
MARSAXLOKK………….. 0
Naxxar Lions: M. Debono, N. Micallef, P. Barbosa, N. Pace Cocks (M. Fenech 46’), E. Farias (D. Falzon 90+1), GR. Cassar, R. Blandon, T. Yamaguchi, E. Da Conceicao, M. Da Silva (Y. Ito 46’), V. Cardoso
Marsaxlokk: M.Drobnjak, W. Soares, K. Micallef (J. Ghio 86’), N. Muscat, Y. Messias, J. Walker (S.Boakye 73’), L. Aguirre, N. Raden, R. Scicluna, D. Pires (A. Obonogwu 66’), S. Akinbule
Imwissija: N. Muscat 21’ (M), T. Yamaguchi 31’ (NL), M. Debono 90’ (NL), N. Micallef 90+2 (NL)
Referee: Slobodan Petrovic
Assistenti Referees: Luke Portelli vs Kurt Saliba
BOV Plejer tal-Logħba: Matthias Debono (Naxxar Lions)
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Y. Messias (Marsaxlokk)
Fl-istadium Nazzjonali, fil-konfront dirett bejn Naxxar Lions u Marsaxlokk, kellna partita b’ħafna logħob f’nofs il-grawnd u diversi żbalji mit-timijiet rispettivi, bix-Xlukkajri jkunu xi ftit aħjar mil-Lions iżda ma rnexxielomx isibu x-xibka.
Fl-ewwel sekondi tal-partita Akinbule ta’ Marsaxlokk jaħrab b’azzjoni personali min-nofs il-grawnd, hekk kif daħal fil-kaxxa l-kbira jittanta xortih, iżda jsib lil Matthias Debono attent, bil-goalkeeper Naxxari jdawwar f’korner.
Tasal it-tieni azzjoni tal-partita u dik tax-Xlukkajri fid-39 minuta, meta freekick ta’ Aguirre mix-xellug isib lil Sunday Akinbule, bl-attakant Niġerjan jogħla fuq kulħadd biex jipprova xortih bir-ras, iżda l-goalkeeper żgħażugħ Naxxari jagħmel save stuppend u jdawwar il-ballun f’korner.
Marsaxlokk jibqgħu jippressaw fejn din id-darba jkun Yuri Messias li fit-43 minuta, minn freekick minn fuq ix-xellug jitfa’ kross lejn il-lemin, b’Akinbule jniżżel bir-ras lejn in-nofs fejn kien hemm Soares, b’dan tal-aħħar ma japprofittax minn taħt il-lasta.
F’taqsima nieqsa mill-azzjonijiet u ħafna żbalji miż-żewġ timijiet f’nofs il-grawnd, mat-tisfira ta’ tmiem l-ewwel taqsima tar-referee Slobodan Petrovic, it-timijiet rispettivi daħlu jistrieħu f’parità ta’ 0-0.
Kwarta mill-ftuħ tat-tieni taqsima tasal l-ewwel azzjoni f’din it-taqsima, kien Yuri Messias jipprova xutt minn madwar 30 metru bogħod, bil-goalkeeper żgħażugħ Naxxari jsalva f’żewġ tentattivi.
Fid-69 minuta tasal azzjoni oħra mit-tim Xlukkajr, meta mix-xellug Obonogwu jitfa’ kross lejn Walker, b’dan tal-aħħar jara’ t-tentattiv tiegħu blukkat u mdawwar f’korner minn Nikolai Micallef.
Tasal l-ewwel azzjoni perikoluża għal-Lions, fil-75 minuta korner mill-lemin ta’ Farias l-ballun jiġi f’saqajn Mark Fenech, b’dan tal-aħħar jara’ il-goalkeeper Xlukkajr Drobnjak isalva b’mod stuppend t-tentattiv tiegħu.
Sitt minuti ‘l bogħod mill-ħin regolamentari, Edson Farias jipprova xutt minn barra l-kaxxa bil-goalkeeper Xlukkajr isalva bla problemi.
Mat-tisfira finali tar-referee Petrovic iż-żewġ timijiet ħarġu mill-grawnd punt kull wieħed, punt li mas-sodisfa lil ħadd miż-żewġ timijiet rispettivi, f’logħba nieqsa mill-ispettaklu.
//= $special ?>